Hekk kif nhar il-Ħadd fid-9.00 am se sseħħ it-tellieqa tal-Moto GP fiċ-ċirkwit tal-Malasja, eżattament f’Sepang, il-favorit li jirbaħ it-titlu hu Pecco Bagnaia fuq Ducati li għandu 14-il punt vantaġġ fuq l-eqreb rivali tagħhom Fabio Quartararo.
Fil-fatt Bagnaia għandu 233 punt, segwit mill-istess Quartararo b’219-il punt.
Rebħa għas-sewwieq Taljan jista’ jfisser titlu mirbuħ wara staġun fejn żamm ferm il-konsistenza tiegħu.