Wara li f’Novembru li għadda, tħabbar li s-sewwieq Malti ta’ Hillclimb, Darren Camilleri, kien rebaħ il-klassi tiegħu fil-kampjonat Sqalli, is-Sibt 18 ta’ Jannar, Camilleri kien f’Palazzo Dei Congressi, f’Taormina, fi Sqallija, fejn attenda għall-preżentazzjoni tat-trofew.
Il-fergħa Sqallija tal-Automobile Club d’Italia organizzat il-preżentazzjoni.
Camilleri rebaħ il-klassi E2SS2000 bil-karozza tiegħu Tatuus, b’magna Honda K20 2000cc.