Saturday, December 21, 2024

Motorsport: Organizzata attività għall-karità

Aqra wkoll

Il-Ħadd 19 ta’ Diċembru, iż-żewġ klabbs tal-karting Island Karting Club u Karting Club Malta, ingħaqdu biex jorganizzaw attività ta’ karità bl-appoġġ tal-Malta Motorsport Federation … the Presidents’ Cup. 

Żewġ presidenti Jason Mangion, u Tonio Mizzi sponsorjaw it-tazza għal Island Karting Club u Karting Club Malta rispettivament.

B’kollox ħadu sehem 95 sewwieq tal-karting minn sitt klassijiet differenti. L-avveniment sar b’mod differenti mis-soltu, fejn is-sewwieqa ittellgħu f’timijiet. Filwaqt li kull sewwieq għamel l-almu tiegħu fil-klassi rispettiva, huwa ġabar punti għat-tim tiegħu.

Bil-ħinijiet ta’ kull sewwieq ikkalkulati, rebaħ it-tim bl-inqas ħin. It-timijiet numru wieħed u tlieta spiċċaw viċin, u għalhekk id-distakk kien biss ta’ 0.1 ta’ sekonda. 

Team 1 kien jikkonsisti minn Solberg Galea, Ben Piscopo, Nathan Fenech, Delcine Galea, Jeremy Bartolo, Lucas Pace, Kyle Micallef, Duncan Micallef, u Glenn Vassallo ħarġu rebbieħa.

Il-presidenti, Mangion u Mizzi, irringrazzjaw lis-sewwieqa kollha għall-parteċipazzjoni, il-kooperazzjoni u, fuq kollox, id-donazzjonijiet tagħhom. 

Il-presidenti rringrazzjaw ukoll lill-Malta Motorsport Federation, rappreżentata mill-president Duncan Micallef, ukoll wieħed mis-sewwieqa, William England, viċi-president u Adrian Figallo, li ħadu ħsieb il-ħinijiet b’mod volontarju, u għalhekk id-dħul kollu mar għall-karità. 

Barra minn hekk, Manuel Piscopo offra xi hampers u Mike Clews donazzjoni addizzjonali.

Ekonomija

Sport