Il-coach ta’ Roma, Jose Mourinho, kellu jiġi miżmum mill-istaff tiegħu wara li tkeċċa mir-referee fit-telfa ta’ 1-0 kontra Atalanta biex issa huwa se jkun sospiż għal-logħba kontra Inter.
Il-coach Portugiż tkeċċa mill-uffiċjal, Daniele Chiffi, għal protesti kbar meta Nicolò Zaniolo u Caleb Okoli kienu qed jiġbdu l-flokkijiet ta’ xulxin hekk kif daħlu fil-kaxxa ta’ Atalanta bil-konsegwenza li Zaniolo waqa’ … bir-referee jagħti foul kontra tiegħu.
L-uniku goal tal-logħba wasal fil-35 minuta minn Giorgio Scalvini.