Il-coach Portugiż, José Mourinho, reġa’ ddiskuta l-akkużi miġjuba kontra Manchester City mill-Premier League wara li ġie akkużat minn Pep Guardiola li jrid jara lill-club relegat.
Jose Mourinho talab għall-ġustizzja hekk kif Manchester City qed jistennew il-verdett tas-smigħ tagħhom dwar 115-il akkuża, u li issa saru 130, wara li allegatament kisru l-kodiċi tar-regolament tal-Financial Fair Play.
Il-coach ta’ Fenerbahce kien involut f’battibekk ma’ Pep Guardiola wara li dan tal-aħħar qabbel lilu nnifsu ma’ Mourinho, wara li għolla sitt swaba’ hekk kif it-team tiegħu safa megħluba bl-iskor ta’ 2-0, f’Anfield.
L-eks manager ta’ Chelsea, Mourinho, qabel kellu tliet swaba’ matul iż-żmien li għamel ma’ Manchester United biex jirrappreżenta t-titli tiegħu, meta kien qed jirċievi wkoll kritika.
Bil-mossa ta’ Guardiola, f’Anfield, Mourinho ħassu pprovokat u fi tweġiba huwa qal: “Irrid nirbaħ, imma rrid nirbaħ b’mod nadif u ġust. Jekk ma nistax nirbaħ nadif, nippreferi nitlef. Huwa rebaħ sitt kampjonati u jien irbaħt tlieta, imma rbaħt b’mod ġust u b’mod nadif ma rridx nirbaħ billi nittratta 115-il każ. Ninsab ferm anzjuż biex nara x’se jkun il-verdett.”
Dan, min-naħa tiegħu, ra lil Guardiola jsostni li r-rival ta’ żmien twil tiegħu kien sempliċiment ‘wieħed ieħor fuq il-lista enormi’ li jrid jara lil Manchester City. Iżda Mourinho ċaħad din id-dikjarazzjoni tal-manager Spanjol.
Mourinho, 61 sena, sostna li għandu rispett kbir lejn Guardiola li baqa’ minkejja r-rivalitá tagħhom fi Spanja, bejn Real Madrid u Barcelona.
Peró, huwa sostna li jrid jara l-ġustizzja tirbaħ fi kwalunkwe qerq li s-City instabu li wettqu matul dawn l-aħħar snin.