Aston Villa ippreżentaw l-ewwel offerta uffiċjali lil Bayer Leverkusen sabiex jakkwistaw lill-winger Franċiż Moussa Diaby. Dan il-plejer jiswa madwar €60 miljun, somma li l-Villains lesti li jħallsuha.
Diaby kien jilgħab fl-akkademja ta’ Paris St Germain u kellu anke passat fl-Italja. Minkejja kollox, il-Villains iridu joqogħdu attenti mill-konkorrenza tat-timijiet mill-Arabja Sawdija li wkoll qed ifittxu li jiksbu s-servizzi tiegħu.