Sunday, November 24, 2024

Moussa Ndiaye mgħajjat fl-iskwadra finali tas-Senegal

Aqra wkoll

Kienu 24 siegħa partikolari għall-attakkant ta’ Anderlecht Moussa Ndiaye li filli kien qed jiżżewweġ filli rċieva telefonata mingħand il-kowċ tas-Senegal Aliou Cisse fejn qallu li hu kien mgħajjat mal-iskwadra ta’ 23 plejer għat-Tazza tad-Dinja fil-Qatar.

Ndiaye se jkun is-sostitut ta’ Sadio Mane li ma rnexxielux jirkupra fil-ħin għal din il-fażi finali u għalhekk se jkollu jara l-partiti tat-tim nazzjonali ta’ pajjiżu minn fuq il-bankijiet tal-VIP.

Ndiaye deher ferm sorpriż b’din is-sejħa u minnufih sellem lill-mara l-ġdida tiegħu sabiex mar jagħmel qamar il-għasel b’differenza fil-Qatar.

Sport