Tuesday, April 23, 2024

MP jappella lill-awtoritajiet għal Speed Camera fit-triq fejn ittajjar Antoine Degabriele

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Il-Membru Parlamentari Laburista Ray Abela qiegħed jappella lill-awtoritajiet biex tiġi installata Speed Camera fi Triq il-President Anton Buttiġieġ.

“Triq li nużaha kuljum. Triq li qiegħda fiż-żona ta’ fejn trabbejt u għixt. Żona u triq li mhux l-ewwel darba tkellimt fuq il-perikli li hemm. Naf x’ qed ngħid speċjalment meta titlef ħabib minn tfulitna”, żied jgħid Abela.

Il-Membru Parlamentari Ray Abela

Il-Membru Parlamentari kompla biex jgħid li fil-pożizzjoni li jinsab fiha jħoss sens ta’ responsabbiltà li jagħmel dan l-appell b’aktar insistenza. Qal ukoll li fis-sajf tas-sena li għaddiet twaħħlu l-bollards biex jitnaqqas il-periklu. Madanakollu huwa tenna li l-inċident tal-lum jikkonferma li għadu ma sarx biżżejjed anke minħabba l-fatt li dan ma kienx l-uniku inċident.

Fl-istess ħin Abela appella lis-sewwieqa biex jimxu mar-regoli tas-sewqan speċjalment billi jitbegħdu minn distrazzjonijiet żejda bħalma huwa l-mowbajl.

Sport