Diversi Membri Parlamentari Franċiżi rċevew theddid b’ħajjithom hekk kif bħalissa għaddej dibattitu dwar covid pass li jwaqqaf ħafna mill-attivitajiet għal dawk li ma jkunux imlaqqmin.
Il-gvern qiegħed jiddiskuti l-possibbilità li jgħaddi liġi li titlob li persuni jippreżentaw prova ta’ vaċċinazzjoni sabiex jattendu postijiet pubbliċi u jużaw mezzi ta’ trasport mingħajr ċertu restrizzjonijiet.
Il-vot dwar din il-liġi mistenni jingħata din il-ġimgħa, iżda l-ħsieb li tgħaddi din il-liġi qajjem rabja fost dawk kontra t-tilqim fil-pajjiż.
Intant Franza hija fost l-aqwa pajjiżi bl-ogħla rata ta’ tilqim fejn mill-anqas 91 fil-mija tal-popolazzjoni adulta hija mlaqqma kompletament.