Sunday, November 24, 2024

MPs Ukreni akkużaw lill-forzi Russi li stupraw nisa ta’ aktar minn 60 sena qabel ma qatluhom

Aqra wkoll

Membri Parlamentari Ukreni fl-aħħar jiem qalu li t-truppi Russi qed jistupraw u joqtlu lin-nisa ta’ aktar minn 60 sena.

Din l-istqarrija ġiet jiem wara li l-Ministru għall-Affarijiet Barranin tal-Ukrajna Dmytro Kuleba akkuża lit-truppi ta’ Vladimir Putin li wettqu attakk sesswali hekk kif invadew l-ibliet.

Lesia Vasylenko, MP għall-partit tal-oppożizzjoni tal-Ukrajna, qalet li ħafna “ċittadini anzjani” nisa għamlu suwiċidju wara li ġew abbużati sesswalment, fi sforz biex jaħarbu mill-vjolenza.

Qalet ukoll li oħrajn tant kienu vulnerabbli li ma setgħux jaħarbu.

Waqt li tkellmet mal-ġurnalisti fil-House of Commons, is-Sinjura Vasylenko qalet li Vladimir Putin “bidel l-istrateġija tiegħu biex jimmira l-aktar gruppi vulnerabbli ta’ nisa u tfal”.

Qalet li l-​biċċa l-​kbira tan-​nisa ‘l fuq minn 60 sena ġew maqtula wara li ġew stuprati jew għamlu suwiċidju.

L-istess qalet Maria Mezentseva, MP Ukrena, fejn qalet li n-nisa ġew stuprati u sofrew vjolenza sesswali, b’uħud minnhom maqtula. 

Hija appellat lill-Gvern biex jipprovdi appoġġ umanitarju mmirat fl-Ukrajna sabiex il-vittmi jkunu jistgħu jiksbu “assistenza xierqa”.

Sport