Sunday, November 24, 2024

MPT b’tibdiliet fl-iskeda tat-trasport pubbliku għal żmien il-festi

Aqra wkoll

Malta Public Transport se tkun qed topera bi skeda ridotta matul il-perjodu tal-Milied mit-Tnejn 26 ta’ Diċembru 2022, sas-Sibt 8 ta’ Jannar 2023.

Jum il-Milied u Jum l-Ewwel tas-Sena

Ir-rotot kollha se jkunu qed joperaw abbażi tal-iskeda tal-Ħadd, bis-servizz jiġi sospiż bejn 12:00 nofsinhar u 15:00 biex il-ħaddiema ta’ Malta Public Transport ikunu jistgħu jiċċelebraw il-festi mal-maħbubin tagħhom. Matul dal-jumejn, ir-rotot se jitilqu mill-Belt Valletta u lokalitajiet oħrajn bejn il-11:00 u l-11:30 u mbagħad jerġgħu jibdew bis-servizz bejn it-3pm u l-4pm skond l-iskeda rispettiva. L-aħħar vjaġġ se jsir bejn it 20:00 u t-20:30 skond it-tul tal-vjaġġ. Ir-rotta 13A se tkun estiża sal-23:00 u s-servizz ta’ bil-lejl għar-rotta N13 se jkun ipprovdut. Ir-rotot l-oħra ta’ bil-lejl mhux se jkunu qed joperaw. Intant, servizz speċjali se jkun qed jopera nhar lejliet l-Ewwel tas-Sena.

Il-postazzjonijiet tal-biljetti ta’ Malta Public Transport, kif ukoll iċ-ċentru telefoniku se jkunu magħluqa f’jum il-Milied u f’jum l-Ewwel tas-Sena.

Malta Public Transport tixtieq tieħu din l-opportunità biex tawgura lill-klijenti kollha tagħha l-isbaħ xewqat fi żmien il-festi, u prosperità għas-sena l-ġdida.

Sport