Friday, November 15, 2024

MPT se tipprovdi Servizzi Speċjali għal Festa Frawli u għall-Festa ta’ San Girgor

Aqra wkoll

Malta Public Transport ħabbret li se tkun qed topera servizzi speċjali għall-attività mistennija ta’ Festa Frawli fl-Imġarr u l-Festa popolari ta’ San Girgor f’Marsaxlokk.

Fid-dawl tal-attività ta’ Festa Frawli fis-16 ta’ April 2023, Malta Public Transport se tkun qed topera servizzi żejda mill-Belt għall-Imġarr permezz tar-Rotta X44 tagħha. Is-servizz speċjali, li se jitlaq mill-Belt għall-Imġarr kull 15-il minuta, se jibda mill-10:00hrs bl-aħħar vjaġġ jitlaq lejn l-Imġarr fis-15:00hrs. Il-vjaġġ tar-ritorn se jibda jopera mill-Imġarr għall-Belt Valletta kull 30 minuta, u jibda mill-11:00hrs sas-18:00hrs.

Barra minn hekk, se jkun hemm servizz ta’ shuttle minn Ta’ Qali għall-Imġarr u lura, bi shuttle titlaq kull 30 minuta. Ix-shuttle minn Ta’ Qali għall-Imġarr se topera bejn l-10:00hrs u 15:00hrs, filwaqt li s-shuttle mill-Imġarr għal Ta’ Qali se topera bejn il-11:00hrs u 18:00hrs. Ta’ Qali u Triq Infetti se jintużaw bħala żoni deżinjati ta’ Park & Ride sabiex jiffaċilitaw il-parkeġġ għal dawk li jattendu u jipprovdulhom trasport għall-avveniment.

Barra minn hekk, b’antiċipazzjoni għall-Festa ta’ San Girgor fit-12 ta’ April, Malta Public Transport se tkun qed tipprovdi servizz addizzjonali bir-rotta numru TD10 mill-Belt Valletta għal Marsaxlokk u lura. Ir-rotta se topera vjaġġ kull 20 minuta mill-Belt Valletta għal Marsaxlokk filgħodu bejn id-09:20hrs u l-11:40hrs. Dan se jkun segwit minn karozza tal-linja bir-ritorn lejn il-Belt Valletta kull siegħa minnl wara nofsinhar bejn is-13:40hrs u s-16:20hrs.

Malta Public Transport tħeġġeġ lil dawk li jattendu jagħmlu użu mis-servizzi speċjali u l-faċilitajiet tal-Park & Ride tagħha sabiex jevitaw konġestjoni tat-traffiku u diffikultajiet ta’ parkeġġ.

Ekonomija

Sport