Saturday, June 28, 2025

Muka ħati b’mod unanimu li qatel lil Pandolfino u s-sieħeb tiegħu … Dragomanski ħati b’serq

Aqra wkoll

Daniel Muka nstab ħati b’mod unanimu li qatel lit-Tabib Chris Pandolfino u s-sieħeb tiegħu Ivor Maciejowski,  

Dan filwaqt li Viktor Dragomanski nstab ħati li seraq, waqt li ma nstab ħati li qatel iż-żewġ vittmi.  

Fil-bidu tal-ġuri, Muka kien informa lil-Qorti li l-Avukat ġdid tiegħu, li qabbad riċentament biex jassistih, ma kellux biżżejjed ħin biex jipprepara d-Difiża.

L-Avukat ġdid tiegħu, Dr Mario Mifsud, kien għamel talba lill-Qorti, anke fil-Prim Awla tal-Qorti Ċivili (Ġurisdizzjoni Kostituzzjonali), biex jingħata aktar ħin biex jifli sew il-każ.

Din it-talba ma ġietx milquha mill-Imħallef Natasha Galea Sciberras li quddiemha qed jinstema’ l-ġuri, u kien f’dan il-mument li l-Avukat Mifsud irrinunzja milli jkompli jiddefendi lil Muka. 

Kien hawn li Muka beda jgħajjat u jinsisti biex ikun assistit minn Avukat, minkejja li ngħata Avukat tal-Għajnuna Legali. Il-Prim Awla tal-Qorti Ċivili preseduta mill-Imħallef Henri Mizzi, semgħet is-sottomissjonijiet dwar it-talba ta’ Muka biex jiġi pospost il-ġuri.

L-Avukat tiegħu nsista li Muka kien fi “żvantaġġ” hekk kif ma setax jiġi assistit minn Avukat tal-għażla tiegħu. Sadanittant, l-Avukati Julian Farrugia u Maurizio Cordina, li qed jidhru f’isem l-Uffiċċju tal-Avukat tal-Istat, qalu li l-ġuri diġà kien pospost darbtejn minħabba tilwim li kellu mal-Avukati tiegħu. 

Il-Qorti ċaħdet it-talba ta’ Muka peress li ma sabitx provi biżżejjed li juru li nkiser id-dritt ta’ Muka għal smigħ xieraq. Filwaqt li rrikonoxxiet li l-Avukat Mifsud kellu biss tlitt ijiem ċans biex jipprepara għall-ġuri, il-Qorti qalet li d-dritt li jiddefendi lilu nnifsu kien jappartjeni lill-akkużat, mhux lill-avukat. Dan filwaqt li saħqet li l-akkużat kien ingħata żmien biżżejjed biex ifittex avukat tal-għażla tiegħu.

Il-Prosekuzzjoni f’dan il-każ qed titmexxa mill-Avukati Maria Francesca Spiteri u Kevin Valletta mill-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali. L-Avukati Josè Herrera u Alex Scerri Herrera qed jiddefendu lil Dragomanski, l-Avukat tal-Għajnuna Legali Josette Sultana qed tidher għal Muka, u l-Avukati Joe u Michaela Giglio qed jidhru għall-qraba taż-żewġ vittmi.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport