Saturday, November 23, 2024

Multa sa €5,000 għal min jinsulta transgender … tiskuża ruħha wara li qattgħet il-bandiera tal PN

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Angela Coleiro u Terry Muscat fil-mira ta’ insulti verbali fuq Facebook

Insulti fuq il-media soċjali fil-konfront ta’ Angela Coleiro u Terry Muscat ma iddemoralizzawx lil dawn iż-żewġ persuni transgender.

Coleiro saħansitra talbet lill-awtoritajiet tal-Hate Crime and Speech Malta jinvestigaw l-insulti li qalgħet wara li fuq il-profil tagħha semmiet il-fondi li ħadet Malta fi żmien meta l-Prim Ministru kien Lawrence Gonzi. Dan wassal biex kien hemm insulti fil-konfront ta’ Coleiro li hija magħrufa għall-fatt li hija preżentattriċi tar-radju. Fuq Facebook Coleiro għamlitha ċara li ma kinitx se tintefa f’xi rokna mwerwera u mbeżża’ u lanqas ma kienet se tibża’ mill-‘bullies’.

Hija irreferiet għar-rapport li għamlet lill-awtoritajiet u sostniet li min neħħa l-kummenti għamel dan tard wisq għax xorta ħadet ritratt tagħhom. Hija irrimarkat li għalkemm se tieħu passi dwar dan il-kliem ta’ mibgħeda xorta taħfer lil min għajjarha u nsistiet li dak li qed tagħmel mhux biss għaliha imma għal min m’għandux vuċi u jibża’ jitkellem. “Ħadd mhu se jagħlaqli ħalqi. Aħjar nitkellem il-verita u nitlef in-nies milli nkun falza”, hija irrimarkat fuq wieħed mill-vidjows li tellgħet fuq Facebook.

Anke Muscat irrimarkat kif kien hemm min għajjarha għall-fatt li kienet transgender sempliċiment għax m’għoġbux dak li qalet. Fl-istess waqt hija esprimiet id-dispjaċir tagħha li ma sabitx l-għajnuna li stenniet mill-awtoritajiet. Skużat ruħha wkoll talli f’mument ta’ rabja qattgħet il-bandiera tal-PN li tappoġġja.

Fuq l-isess mezz soċjali s-Segretarju Parlamentari għall-Ugwaljanza u r-Riformi Rosianne Cutajar fakkret li huwa illegali li persuna tinsulta transgender inkluż billi ssemmi x’kien jisimha qabel.

Min jagħmel hekk ikun qed jikser il-liġi u għal dan ir-reat hemm multa bejn €1,000 u €5,000.

Sport