Wednesday, January 15, 2025

Multa u konfiska – jammetti li kiser il-kundizzjonijiet tal-ħelsien mill-arrest

Aqra wkoll

Marlon Zarb ta’ 35 sena ammetta quddiem il-Maġistrat Kevan Azzopardi li kiser il-kundizzjonijiet imposti fuqu biex jingħata l-ħelsien mill-arrest.

L-Ispettur Andy Roti li mexxa l-Prosekuzzjoni qal li fit-12 ta’ Jannar li għadda għall-ħabta tas-2.30am Żarb intlemaħ minn uffiċjali tal-Pulizija f’Paceville.

Id-difiża qalet li hu qiegħed jammetti l-akkużi, iżda ridet tfakkar lill-Qorti li l-aħħar darba li kien instab ħati ta’ reat kien fl-2020. Qalet ukoll li mill-2021 minn meta ngħata l-ħelsien mill-arrest Żarb qatt ma kiser xi waħda mill-kundizzjonijiet imposti fuqu u li dejjem attenda għal kull seduta li kellu l-Qorti.

Viżibilment iddispjaċut, il-Qorti kkunsidrat l-ammissjoni bikrija tiegħu u kkundannatu għal multa ta’ elf ewro, u ordnat il-konfiska ta’ 1,500 ewro minn 6,000 ewro li kien ħallas f’depożitu.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport