Nhar il-Ħamis li għadda, il-Pulizija kienu nfurmati li fl-Iskola San Ġorġ Preca fil-Ħamrun kienet daħlet persuna mingħajr permess.
Mill-ewwel il-Pulizija marru fuq il-post u sabu lil Ihor Cardaci, Ukren flimkien mal-watchman li jaħdem fl-istess skola.
Kemm l-Ukren u anke l-watchman dehru kalmi mal-wasla tal-Pulizija, iżda hekk l-uffiċjali tal-RIU staqsew lill-imputat għalfejn kien daħal fl-iskola mingħajr permess, seħħ argument.
Kien hawn li l-Pulizija arrestaw lil Cardaci tant li wara kellu jittieħed l-isptar minħabba xi ġrieħi li sofra.
L-Ispettur Ian Vella spjega quddiem il-Maġistrat Nadine Sant Lia li l-imputat kien qallhom li kien daħal l-iskola biex jiġbor il-flixken tal-plastik biex b’hekk ikun jista’ jsarrafhom fil-BCRS.
Kien qal ukoll lill-pulizija li hu jiġbor il-flixken biex isostni lilu nniffsu u bil-flus li jdaħħal mill-flixken ikun jista’ jixtri l-ikel u dak li għandu bżonn.
Il-Qorti, wara li semgħet ix-xhieda u ċ-ċirkostanzi tal-każ, illiberat lil Cardaci bil-kundizzjoni li ma jwettaqx reat ieħor fi żmien sena u mmultatu €1,200 li għandu jħallas fuq perjodu ta’ tliet snin. L-avukat Axl Camilleri deher għall-akkużat waqt il-proċeduri.


