Tuesday, December 24, 2024

Multi eħrex għal min jinqabad jarmi l-iskart illegalment; Tista’ anke tiġi konfiskata l-vettura tal-persuna li tinqabad tarmi

Aqra wkoll

Persuni li jinqabdu jarmu skart tal-kostruzzjoni u materjal inerti ieħor fil-kampanja se jkunu qed jiffaċċjaw pieni eħrex, anke l-possibbiltà li titteħdilhom il-vettura.

Qal dan il-Ministru għall-Ambjent Aaron Farrugia waqt konferenza tal-aħbarijiet f’Ħad-Dingli. Il-Ministru Farrugia qal li dawn il-miżuri huma neċessarji biex l-ambjent ikun jista’ jibqa’ jiġi ssalvagwardjat.

F’każi fejn il-marterjal iġġenerat minn kostruzzjoni u mormi illegalment ikun jammonta għal inqas minn metru kubu il-multa issa tammonta għal €1,000.

Min-maħa l-oħra f’każi fejn l-ammont jeċċedi il-metru kubu, il-multi jibdew minn €3,000 u jibqgħu tilgħin sa €30,000 bi proporzjon mal-volum tal-materjal mormi.

Fir-rigward ta’ skart ta’ kostruzzjoni jew skavar li jiġi kklassifikat bħala li mhuwiex tal-franka, il-multi jibdew minn €4,000 u jibqgħu telgħin sa €50,000. Min-naħa l-oħra jekk il-materjal mormi illegalment ikun jikkonsisti minn materjal perikoluż bħal asbestos il-multi jibdew minn €6,000.

Fl-istess waqt multa ta’ €500 tapplika fil-konfront ta’ dawk li jinqabdu jarmu materjal elettroniku jew tagħmir domestiku.

Apparti l-multi ġodda, il-pulizija se jingħataw il-poter biex jitolbu lill-Qorti biex tiġi konfiskata l-vettura jew tiġi sospiża l-liċenzja lill-persuna li tinqabad tarmi l-iskart illegalment.

Ekonomija

Sport