Sunday, December 22, 2024

“Mument ta’ bluha” jwasslu l-Qorti

Sentenza sospiża fuq serq ta’ nuċċali tax-xemx minn ħanut fl-ajruport

Aqra wkoll

Raġel Taljan skuża ruħu fil-Qorti talli seraq nuċċali tax-xemx minn ħanut fl-ajruport il-Ħadd li għadda. Huwa ddeskriva dak li għamel bħala “mument ta’ bluha”.

Francesco Melchiorre ta’ 30 sena minn Bari tressaq quddiem il-Maġistrat Astrid May Grima mixli b’serq. Il-prosekuzzjoni infurmat lill-Qorti li l-uffiċjali wasslu għall-imputat minn filmati tas-CCTV.

Ir-raġel wieġeb ħati tal-akkuża miġjuba kontra tiegħu. Melchiorre qal li kien “dispjaċut b’dak li ġara” u li rritorna l-oġġetti misruqa. Fil-Qorti ntqal li huwa għandu fedina penali nadifa u kien se jitlaq lura lejn l-Italja. 

Wara li semgħet is-sottomissjonijiet tal-partijiet, il-Qorti preseduta mill-Maġistrat Astrid May Grima kkundannat lil Melchiorre sitt xhur ħabs sospiżi għal tliet snin.

Il-Prosekuzzjoni tmexxiet mill-Ispettur Christian Abela filwaqt li l-Avukat Edward Debono deher għat-Taljan. 

Ekonomija

Sport