Skont rapporti, Bayern Munich qed jippjanaw mossa sorprendenti għad-difensur ta’ Nottingham Forest, Murillo, hekk kif qed ifittxu li jsaħħu l-linja difensiva tagħhom fis-sajf li ġej.
Id-difensur ċentrali Brażiljan kellu sehem importanti mis-suċċess tal- Forest l-istaġun li għadda, meta l-klabb kiseb post f’kompetizzjoni Ewropea għall-ewwel darba fi 30 sena wara li spiċċa fis-seba’ post fil-Premier League.
Murill għandu 23 sena u ġie akkwistat mit-tim minn Nottingham mingħand Corinthians. Hu deher 72 darba magħhom u skorja żewġ gowls.