It-tennista Brittaniku Andy Murray hu barra mill-Open ta’ Gijon wara li tilef bl-iskor ta’ 2-1 kontra l-Amerikan Sebastian Corda fil-kwarti tal-finali ta’ din il-kompetizzjoni.
Wara li tilef l-ewwel set 6-4, Murray litteralment iddomina t-tieni set tant li rebaħ 6-1 għalkemm l-aħħar set deċiżiv, Corda kellu risposta f’waqtha filwaqt li rebaħ 6-1.
Korda għandu 22 sena u qed jitqies bħala t-tennista promettenti tal-futur.