Monday, September 29, 2025

Musical chairs fil-kelliema tal-PN li komplew bl-istess retorika mill-għada

Aqra wkoll

L-istqarrija tal-Partit Nazzjonalista dwar it-tieni interconnector hija stqarrija ta’ partit politiku li baqa’ ma nqalax mill-politika tal-aħna u huma, minkejja d-diskorsi u l-wegħdi li saru fl-aħħar ġimgħat.

Minflok jifraħ li pajjiżna qed jipprogressa fuq dan il-proġett tant importanti, il-Partit Nazzjonalista jrid jara kif se jdaħħal dan il-proġett fl-arena politika partiġjana. 

Il-Partit Laburista mhux se jaqa’ f’din it-tentazzjoni għax tassew jemmen f’politika matura. 

Għalhekk din l-istqarrija se tistabbilixxi biss tliet fatti li ma jista’ jmerihom ħadd

1. L-ewwel interconnector tlesta minn Gvern Laburista, wara li meta ngħata l-fiduċja fl-2013 l-anqas il-permessi tiegħu ma kienu għadhom lesti.

2. It-tieni interconnector ukoll se jitwettaq minn Gvern Laburista.

3. L-użu għaqli tal-fondi Ewropej hija karatteristika oħra ta’ Gvern Laburista, li innegozja wkoll l-ikbar pakkett ta’ Fondi Ewropej li qatt kiseb pajjiżna. Dan il-proġett partikolari għandu nofsu iffinanzjat minn fondi Ewropej u nofs ieħor minn fondi nazzjonali, xhieda oħra ta’ ekonomija b’saħħitha li twassal biex pajjiżna jista’ jinvesti fil-futur tiegħu.

Intant, nifirħu liż-żewġ kelliema tal-Partit Nazzjonalista fl-irwoli ġodda tagħhom u nirringrazzjawhom li fl-ewwel stqarrija kkonfermaw, (b’copy u paste minn stqarrija li ħareġ il-kelliem ta’ qabilhom f’Jannar) reġgħu kkonfermaw kif il-Partit Nazzjonalista jwiegħed u jitkellem biss u Gvern Laburista jimplimenta.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport