Is-sid il-ġdid ta’ Twitter, Elon Musk, iddefenda t-tkeċċija ta’ madwar nofs il-ħaddiema tal-kumpanija billi qal li “ma kellu l-ebda għażla oħra” peress li Twitter kienet qiegħda titlef aktar minn $4 miljun kuljum. Musk iżda enfasizza l-impenn ta’ Twitter li ma jkunx hemm bdil fil-moderazzjoni tal-kontenut.
Musk, l-aktar bniedem sinjur fid-dinja, ħa f’idejh Twitter fi ftehim ta’ $44 miljun. Fi tweet tiegħu stess, huwa qal li dawk kollha li tilfu xogħolhom ġew offruti tliet xhur paga bħala ħlas għat-terminazzjoni tal-impjieg, li fi kliemu kienet “50% aktar minn dak meħtieġ legalment.”