Mużew Iraqqin li kien ġie vvandalizzat mill-militanti tal-Istat Iżlamiku reġa’ ġie miftuħ għall-pubbliku. Il-Mużew ta’ Mosul, li hija t-tieni l-ikbar belt ġewwa l-Iraq, qiegħda tospita esebizzjoni ta’ skultura mill-artist Iraqqin Omer Qais. Dan il-mużew ġie miftuħ erba’ snin wara li estremisti Iżlamiċi kienu kissru għadd ta’ artifatti u vvandalizzaw il-binja.
L-offensiva tal-Istat Iżlamiku ġewwa Mosul kienet seħħet fl-2014 fejn dakin- har il-ġiħadisti kien irnexx- ielhom jegħlbu lill-forzi armati tal-pajjiż u wassal biex dan il-grupp beda jiġi meqjus bħala forza fil-Lvant Nofsani.
Il-mużew inkwistjoni kien fost l-ewwel li safa vittma ta’ dawn it-terroristi hekk kif huma vvandalizzawh minħabba li skonthom l-artifatti ta’ ġo fih kienu juru allat u idoli foloz. Ħafna mill-affari- jiet esebiti f’dan il-mużew huma ġejjin minn żmien is-Sumerjani; waħda mill-ewwel ċiviltajiet umani li kienet teżisti madwar 3,000 sena ilu. Sfortunatament it-terroristi rnexxielhom ikissru ħafna artifatti li l- valur tagħhom lanqas biss jista’ jiġi kkalkulat.