Tuesday, January 6, 2026

MV Gaudos se jkun barra mis-servizz għal madwar xahar

Aqra wkoll

Il-kumpanija Gozo Channel tavża lill-pubbliku li MV Gaudos se jkun barra mis-servizz għall-manutenzjoni mill-Erbgħa 7 ta’ Jannar, 2026 sal-Erbgħa 4 ta’ Frar, 2025.

Dan tħabbar fi stqarrija mill-Gozo Channel, fejn intqal li matul dan il-kumpanija se topera skeda temporanja għal vapuri l-oħra.

L-iskeda temporanja ġiet ippubblikata fuq il-website tal-Gozo Channel u fuq is-siti soċjali. 

Bil-passiġġieri huma avżati biex jiċċekkjaw din l-iskeda qabel ma jivvjaġġaw.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport