Il-midfielder internazzjonali tal-Guinea, Naby Keita, talab biex iħalli lil Liverpool.
Il-club kien qed jittama li dan il-player ta’ 27 sena jġedded il-kuntratt li jintemm f’Ġunju li ġej.
Iżda issa l-affarijiet inbidlu kompletament hekk kif ir-Reds se jagħmlu dak kollu fil-poter tagħhom biex ibiegħuh inkella jitlaq b’xejn f’Ġunju li ġej.
Rapporti qed isostnu li huwa jista’ jingħaqad ma’ Borussia Dortmund u jkun parti mis-somma tal-midfielder internazzjonali Jude Bellingham hekk kif Liverpool qed jagħmlu minn kollox biex jiffirmawh.
Teżisiti possibbiltá li f’Jannar jitlaq ukoll Alex Oxlade Chamberlain. Flimkien ma’ Keita, f’dan l-istaġun ftit li xejn lagħbu minħabba li kienu kkalpestati minn bosta injuries.