Naby Keita ddikjara li mhux se jiffirma kuntratt ġdid ma’ Liverpool.
Ir-Reds jinsabu fil-proċess li jassiguraw lill-players veterani tagħhom għal kuntratti fit-tul, b’Virgil van Dijk, Jordan Henderson u Allison Becker kollha jaqblu dwar ftehimiet ġodda fl-aħħar xhur.
Il-kuntratt ta’ Keita jiskadi fl-2023 u huwa wieħed mill-ismijiet li jmiss fil-lista tal-club.
Madankollu, il-midfielder bħalissa mhux lest li jibqa’ f’Anfield.
Huwa mifhum li Keita jrid tingħata rwol aktar prominenti fil-club u ma jrid jisma’ l-ebda offerta ta’ estensjoni tal-kuntratt sakemm dan ikun il-każ.
Il-player ta’ 26 sena beda biss tnejn mill-ewwel ħames logħbiet tal-Premier League ta’ Liverpool fl-istaġun u ma kienx parti mill-iskwadra għall-partita kontra Chelsea x-xahar li għadda.