Il-coach ta’ Liverpool Jurgen Klopp żvela li l-ex player ta’ Leipzig Naby Keita se jibqa’ jilgħab f’Anfield Road.
Kien Klopp li b’mod personali kkomunika mal-ogħla diriġenti tal-club minn Liverpool sabiex dan il-plejer jibqa’ jilbes il-flokk aħmar tal-club.
Il-kuntratt ta’ Keita jiskadi f’Ġunju tas-sena d-dieħla għalkemm ħafna qed isostnu li jekk jipproduċi wirjiet aħjar matul dan l-istaġun jista’ jġedded il-kuntratt tiegħu.
Huwa kien assenti fit-telfa ta’ 2-1 kontra Manchester United mhux għax se jingħaqad ma’ xi club ieħor iżda minħabba li sofra injury.