Monday, April 28, 2025

Nadur Youngsters jirbħu l-BOV GFA Cup

Aqra wkoll

Nadur Youngsters huma r-rebbieħa tal-BOV GFA Cup fejn fil-finali għelbu lil Kerċem Ajax 3-0.

Nadur bdew il-logħba b’intensità kbira u marru fil-vantaġġ wara biss 2 minuti permezz ta’ gowl ta’ Ian Xuereb. Nadur marru fil-mistrieħ b’vantaġġ ta’ 2-0 fejn it-tieni gowl tagħhom ħie skurjat minn Brandon Said fil-21 minuta. Gabriel Olimpio żied it-tielet ta’ Nadur fil-55 minuta biex issiġilla l-logħba b’rebħa ta’ 3-0 għall-Youngsters. 

Charmaine Borg, manager tal-Fergħa ta’ Għawdex tal-Bank of Valletta u Dr Samuel Azzopardi, President tal-Gozo Football Association ippreżentaw il-BOV GFA Cup lill-captain tan-Nadur wara t-tisfira finali fost iċ-ċelebrazzjonijiet tat-tim u l-partitarji għall-kisba notevoli oħra fl-istorja tagħhom.

Il-Bank of Valletta, huw sostenitur ewlieni tal-GFA għal ħafna snin bħala parti mill-impenn tal-Bak lejn komunità b’saħħitha u attiva permezz tal-isports.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport