15-il sena ilu kienet taret il-kamra tan-nar ta’ Nenu Bombi f’Għawdex fejn f’dan l-inċident, l-agħar wieħed fil-pirotenika kienu mietu 6 persuni.
Mart Peter Paul Micallef li kien miet f’dan l-inċidnet, kif ukoll kienet tilfet li żewġ ħutha u lill-missierha, kiteb fejn qalet li l-5 ta’ Settembru hija ġurnata misħuta.

“Inħobbkom bla qies… Nagħti kollox biex narakom u nerġa’ ngħannaqkom miegħi, imqar għal ftit minuti biss. Strieħu fis-sliem għeżież… Sakemm nerġgħu niltaqgħu tibqgħu għal dejjem f’qalbi,” kitbet Marcelline Bezzina Micallef.
Dan il-każ kien heżżeż lil Għawdex kollu hekk kif l-isplużżjoni tant kienet qawwija li kienet instemgħet minn kull rokna tal-gżira.
Fl-isplużjoni li nħasset minn bosta lokalitajiet madwar Għawdex kienu tilfu ħajjithom sitt persuni – Nenu Farrugia ta’ 67 sena, Raymond Farrugia ta’ 32 sena, Antionette Farrugia ta’ 27 sena, Noel Farrugia ta’ 31 sena, Peter Paul Micallef ta’ 35 sena, u Jean Pierre Azzopardi ta’ 27 sena.