Wednesday, January 21, 2026

Naħdmu biex intejbu l-qagħda tal-anzjani u l-pensjonanti Maltin u Għawdxin” – Pawlu Bugeja

Aqra wkoll

Is-Segretarju tal-Għaqda Pensjonanti tal-GWU Pawlu Bugeja spjega li din l-Għaqda twettaq ħidma kontinwa biex taqdi l-bżonnijiet tal-membri tagħha – membri li jammontaw għal madwar sitt elef. Qal li l-għan ewlieni tagħhom huwa li jaħdmu biex iżommu u jtejbu dak kollu li rnexxielhom jiksbu matul iż-żmien.


Bugeja fakkar kif fl-aħħar 4 snin ġraw ħafna affarijiet fosthom il-mewt tas-Segretarju tal-Għaqda Tony Zarb kif ukoll ta’ erba’ membri oħra tal-kumitat. Fost il-ħidmiet li wettqet l-għaqda tagħna kien hemm il-ħidma biex jiġu eliminati anomaliji li nħolqu fil-passat għal dawk il-pensjonanti li twieldu qabel l-1962 u l-anomalija tal-Cost of Living li ddiskriminat bejn dawk il-pensjonanti li twieldu qabel jew wara l-2008.


Bugeja qal ukoll li komplew itejbu l-livell tal-magazin tagħhom “L-Anzjani”, li qed jintlaqa’ tajjeb ħafna mill-membri. Biex iżommu kuntatt mal-membri tal-għaqda u fl-istess waqt joħolqu okkażjonijiet biex fihom jiltaqgħu ma xulxin l-anzjani, l-għaqda kull tant żmien torganizza taħditiet edukattivi kif ukol attivitajiet soċjali li għalihom ikollna attendenza ferm tajba.

Appuntament mistenni huwa l-Get Together tal-Milied li għalih jattendu numru kbir ta’ anzjani.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport