Is-suwiċidju jibqa’ wieħed mill-ikbar sfidi tas-saħħa pubblika fid-dinja. Il-prevenzjoni tiegħu mhix biss kwistjoni ta’ kura medika, iżda wkoll ta’ responsabbiltà kollettiva li tikkonċerna lill-komunità kollha.
Huwa f’dan l-ispirtu li l-Crisis Resolution Malta se torganizza konferenza speċjali nhar l-Erbgħa, 10 ta’ Settembru 2025, fil-Lord Strickland Multipurpose Hall, fl-Imperial, Tas-Sliema, bħala parti mill-kommemorazzjoni uffiċjali tal-Jum Dinji għall-Prevenzjoni tas-Suwiċidju.
Waqt din il-konferenza ser ikun hemm spazju għat-tagħlim, l-iskambju ta’ ideat u djalogu kostruttiv bejn dawk kollha li jaħdmu jew għandhom interess fil-qasam tas-saħħa mentali u l-benesseri soċjali.
Indirizz minn Professur ta’ fama internazzjonali
Il-programm ta’ din is-sena jinkludi lecture eċċezzjonali mill-Professur Seena Fazel, mill-Università ta’ Oxford, ir-Renju Unit, li se jkun magħna permezz ta’ live video call.
Il-Professur Fazel huwa rikonoxxut internazzjonalment għall-ħidma tiegħu fil-qasam tal-assessjar tar-riskju tas-suwiċidju u l-prevenzjoni tiegħu. Il-preżentazzjoni tal-Professur Fazel se tinkludi:
- Riċerka ġdida dwar mudelli predittivi bħall-OxMIS u l-OxSET, li jgħinu fit-teħid ta’ deċiżjonijiet kliniċi aktar effettivi.
- Sejbiet innovattivi dwar il-mediċini psikotropiċi u r-rwol tagħhom fil-prevenzjoni tas-suwiċidju.
Wara l-preżentazzjoni, il-Professur Fazel se jwieġeb il-mistoqsijiet tal-udjenza u ssir diskussjoni.
Għaliex għandek tattendi?
Din il-ġurnata se tkun opportunità unika biex professjonisti, riċerkaturi, dawk li jfasslu l-politika u membri tal-komunità jingħaqdu flimkien biex jiddiskutu u jsaħħu l-impenn tagħhom favur prevenzjoni aktar effettiva.
Kemm jekk taħdem fis-saħħa, fil-kura soċjali, fl-edukazzjoni jew f’oqsma oħra relatati, jew inkella sempliċement għandek għal qalbek is-saħħa mentali, il-preżenza tiegħek hi mistiedna u apprezzata.
Dettalji tal-Avveniment
📅 Data: L-Erbgħa, 10 ta’ Settembru 2025
📍 Post: Lord Strickland Multipurpose Hall, Lift 2, Level -2, The Imperial, Tas-Sliema
🕐 Ħin: 13:00 – 15:00 (il-bibien jinfetħu fin-12:30 p.m.)
🎓 Tema: Avvanzi fl-Assessjar u l-Prevenzjoni tas-Suwiċidju
🎤 Kelliem mistieden: Prof. Seena Fazel, Università ta’ Oxford (via live video)
⏳ Tul: 2 sigħat
♿ Venue aċċessibbli
💶 Kontribuzzjoni: €20 li tmur għall-ispejjez tal-kalendarju annwali li jiġi ppublikat mill-Crisis Resolution Malta
Reġistrazzjoni
Postijiet limitati. Nirrakkomandaw li tirreġistraw minn kmieni:
📧 [email protected]
🔗 Irreġistra hawn: https://www.crisismalta.com/asap
Crisis Resolution Malta tħeġġeġ lil kulħadd biex jingħaqad f’din il-ġurnata ta’ riflessjoni, tagħlim u impenn. Għax tassew, il-prevenzjoni tas-suwiċidju hi r-responsabbiltà ta’ kulħadd.