Monday, December 23, 2024

Naħsbu fil-ġejjieni mal-BOV

Aqra wkoll

Naħdmu ħafna sabiex naqilgħu l-flus u ħafna drabi nagħmlu ħafna sagrifiċċji. Għaldaqstant jeħtieġ li nkunu għaqlin bi flusna u naħsbu dwar il-ġejjieni tagħna u l-għanijiet li nixtiequ nilħqu tul ħajjitna. L-oġġettivi tagħna jistgħu jvarjaw bħal futur aktar komdu, portafoll ta’ investiment b’saħħtu, fondi għal persuni dipendenti fuqna, safar jew irtirar. Mingħajr pjan b’saħħtu ta’ tfaddil jew investimenti fit-tul, jaf ikun diffiċli biex niksbu għanijiet bħal dawn.

Il-Bank of Valletta joffri diversi metodi biex jgħin lill-klijenti jippjanaw il-finanzi tagħhom tul l- stadji tal-ħajja. Il-Bank of Valletta għandu wkoll uffiċji u impjegati speċjalizzati sabiex jaqdu l-ħtiġijiet ta’ investiment skond il-bżonn tal-klijenti. Il-Bank huwa konxju tad-diffikultajiet attwali li klijenti jistgħu jiffaċċjaw ruħhom magħhom sabiex iżuru uffiċini tal-Bank, imma l-passi kollha meħtieġa qedgħin jittieħdu biex il-laqgħat isiru f’ambjent mill-aktar sigur.

Klijenti li jixtiequ biex jibdew pjan ta’ tfaddil jew jibnu portafoll ta’ investiment żgħir jistgħu jiddiskutu l-għażliet tagħhom ma’ Relationship Officer f’waħda mill-fergħat tal-BOV. Sabiex jevitaw il-kju, jistgħu jagħmlu appuntament billi jibgħatu email fuq [email protected] bid-dettalji tagħhom, numru tal-mowbajl u l-fergħa ppreferuta, jew iċemplu fuq 2275 3500 mit-Tnejn sal-Ġimgħa bejn it-8.00 am u l-4.00 pm.

Il-klijenti jistgħu jagħżlu wkoll servizzi aktar speċjalizzati offruti permezz taċ-Ċentri ta’ Investiment tal-Bank of Valletta li huma mifruxa madwar Malta u Għawdex. Konsulenti finanzjarji speċjalizzati jistgħu jgħinu lill-klijenti jilħqu l-għanijiet tal-investiment personali billi jipprovdulhom pariri professjonali bbażati fuq analiżi fil-fond tal-finanzi tagħhom, l-oġġettiv tal-investiment, il-profil tar-riskju kif ukoll it-terminu l-aktar mixtieq. Il-konsulenti finanzjarji tal-BOV huma kwalifikati biex jipprovdu servizzi ta’ konsulenza u għandhom snin ta’ esperjenza fil-qasam tal-investimenti. Huma jattendu taħriġ intensiv kontinwu u għandhom l-appoġġ ta’ tim fi ħdan il-BOV li hu ffokat fuq ir-riċerka.

Iċ-Ċentri ta’ Investiment tal-BOV joffru ambjent privat u kunfidenzjali biex jiżguraw li l-klijenti jirċievu servizz personalizzat ta’ livell għoli ħafna. Dawn iċ-Ċentri issa ġew mgħammra b’miżuri ta’ sigurtà addizzjonali biex jiżguraw is-saħħa tal-klijenti u tal-impjegati.

Il-klijenti jistgħu ukoll jagħżlu li jiltaqgħu mal-Konsulent Finanzjarju tagħhom fil-fergħa preferuta tagħhom jew saħansitra jiddiskutu l-ħtiġijiet tagħhom fuq it-telefon jew permezz ta’ video-conferencing mill-kumdità ta’ djarhom. Wieħed jista’ jagħmel appuntament billi jċempel wieħed miċ-Ċentri ta’ Investiment tal-BOV – Bir id-Deheb 2275 1377, Gżira 2275 1349, Mosta 2275 1334, Ħal Qormi 2275 1314, Valletta 2275 1315 jew ir-Rabat, Għawdex 2275 1324; jibgħat email fuq [email protected] jew jimla din il-formola online https://www.bov.com/assistants/investments-appointment 

Ekonomija

Sport