Il-President Donald Trump attakka lill-Papa Ljun XIV nhar il-Ħadd filgħaxija. Trump iddikjara li ma jaħsibx li l-Papa qed “jagħmel xogħol tajjeb ħafna” u li “huwa persuna liberali ħafna,”. Hu suġġerixxa wkoll li l-Papa għandu “jieqaf jaqdi lill-Xellug Radikali.” Hu qal li jaħseb li l-Papa jħobb il-kriminalità.
Fi vjaġġ għal Washington minn Florida, Trump uża post twil fuq il-midja soċjali biex jikkritika lil Papa Ljun XIV b’mod qawwi, imbagħad baqa’ jikkritikah wara li niżel, f’kummenti mal-ġurnal.
“M’iniex fan tal-Papa. Hu dgħajjef u terribbli għall-Politika Barranija,” kiteb il-president fil-post tiegħu. Iddikjara li “ma rridx Papa li jaħseb li huwa tajjeb li l-Iran ikollu Arma Nukleari.”

