Saturday, October 26, 2024

“Name and shame” … l-Ispeaker jiddesikrivi bħala arroganza l-aġir ta’ The Sunday Times

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

“Name and Shame. Arroganza”.  Dan hu l-mod kif iddeskriva l-aġir ta’ The Sunday Times, l-Ispeaker Anġlu Farrugia. Wara li l-ġimgħa li għaddiet kien tkellem dwar artiklu li nkiteb minn Matthew Xuereb u Ivan Martin u li kien inveritier, hu talab li ssir korrezzjoni.

L-Ispeaker qal li wara kien sar kuntatt minn Xuereb mal-Iskrivan tal-Kamra imma ma saret ebda korrezzjoni. Saħaq li “meta tirrapporta x ħaġa mhux veritiera u l-ogħla istituzzjoni tal-pajjiż ittik il-korrezzjoni u xorta ma tagħmilhiex, hi arroganza. Is-Sunday Times ma’ imxietx kif gazzetta għandha timxi f’demokrazija”.

Sport