Sunday, December 22, 2024

Nanna u l-eks-tifel tar-rispett tagħha arrestati wara li xandru filmat dirett tiegħu jabbuża lil bintu

Aqra wkoll

Mara Amerikana u dak li kien it-tifel tar-rispett tagħha ġew arrestati wara li xandru b’mod dirett fuq l-internet.

Lisa Williamson, li minkejja għad għandha 41 sena hija nanna, hija akkużata li xandret filmat dirett fuq sit pornografiku ta’ Steven Anthony Jackson, ta’ 19-il sena, jabbuża sesswalment lil bintu.

Il-filmat ġie rrapportat lill-FBI, b’dawn eventwalment jagħmlu rejd fir-residenza tagħhom matul tmiem il-ġimgħa li għadda u jarestawhom.

Williamson ġiet mixlija li xerrdet materjal pornografiku, li kienet fil-pussess ta’ pornografija ta’ minuri, u pussess ta’ pornografija.

Jackson min-naħa l-oħra ġie mixli b’sodomija fl-ewwel grad, u produzzjoni ta’ pornografija ta’ minuri.

Il-Pulizija Amerikana mhijiex teskludi li jistgħu jsiru aktar arresti b’rabta ma’ dan il-każ.

Ekonomija

Sport