Thursday, December 26, 2024

Nannu mixli li abbuża sesswalment lin-neputija meta kellha 15-il sena

Aqra wkoll

Anzjan ta’ 72 sena minn Baħar iċ-Ċagħaq inżamm taħt arrest preventiv wara li tressaq il-Qorti fejn ġie mixli li abbuża sesswalment min-neputija li kellha 15-il sena.

L-anzjan, li ismu ma jistax jixxandar fuq ordni tal-Qorti, ġiet mixli b’korruzzjoni ta’ minorenni, li wettaq atti sesswali mingħajr kunsens u taha fastidju. 

Fil-Qorti ħareġ li l-Pulizija bdiet tinvestiga l-każ wara li t-tfajla fetħet qalbha ma’ counsellor. Hija bdiet turi wkoll tendenzi suwiċidali.

L-imputat wieġeb mhux ħati tal-akkużi miġjuba kontra tiegħu, bid-Difiża titlob għall-ħelsien mill-arrest, bil-Prosekuzzjoni toġġezzjona.

Il-Qorti, preseduta mill-Maġistrat Kevan Azzopardi ċaħad it-talba u ordna li l-anzjan jibqa’ miżmum taħt arrest. Inħarġet ukoll ordni ta’ protezzjoni favur it-tfajla. 

Il-Prosekuzzjoni tmexxiet mill-Ispettur Roxanne Tabone megħjuna mill-Avukati Angele Vella u Danika Vella mill-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali. 

Ekonomija

Sport