Wara l-eliminazzjoni mill-UEFA Champions League jumejn ilu kontra Barcelona, Napoli għaddejjin minn mument diffiċli ferm fejn f’temp ta’ seba’ xhur id-dinja għal dan it-tim min-naħa t’isfel tal-Italja nqalbet ta’ taħt fuq.
Din l-eliminazzjoni swiet ukoll lill-Partenopei d-dħul fit-tazza tad-dinja tal-klabbs peress li ġew eliminati u hi xi ħaġa ċerta li din is-sena mhux se jgħollu xi tip ta’ trofew anke għax ġew eliminati wkoll mill-Coppa Italia.
L-objettiv ta’ Napoli issa jibqa’ r-raba’ post tal-klassifika li jfisser UEFA Champions League għax inkella hemm ir-riskju li t-tim isofri daqqa kbira finanzjarja.