Ir-rebħa li Napoli kisbu bl-iskor ta’ 6-1 barra minn darhom kontra Ajax mill-fażi tal-gruppi tal-UEFA Champions League kienet l-ikbar waħda li qatt kiseb f’kompetizzjoni Ewropea.
Fil-fatt I Partenopei ilhom ma jirbħu b’distakk daqshekk għoli barra minn darhom sa mill-istaġun 1992/93 meta dakinhar fit-tazza UEFA kisbu rebħa ta’ 5-1 kontra Valencia u fl-istess staġun 4-0 kontra Trabzonspor.
Ħafna qed isejħu lil Napoli bħala magna ta’ goals hekk kif fil-kampjonat Taljan għandhom l-aqwa attakk fis-serie A bi 18-il goal skorjati fit-tmien logħbiet.