Id-diriġenti ta’ Napoli qed jaħdmu sabiex iġeddu l-kuntratt tal-plejer ta’ nofs il-grawnd Piotr Zielinski. Dan tal-aħħar se jiskadilu l-ftehim maċ-champions Taljani fl-aħħar tal-istaġun li ġej u l-president Aurelio de Laurentis aċċerta lill-kowċ il-ġdid Rudi Garcia li se jagħmel minn kollox biex iżomm lil dan il-plejer Pollakk.
Zielinski għandu 29 sena u ilu mal-Partenopei sa mis-sena 2016 u minn dakinhar ‘l hawn lagħab 253 partita u skorja 53 gowl.