Napoli se jkomplu jsaħħu r-relazzjonijiet li għandhom ma’ diversi klabbs mil-Lvant tad-dinja hekk kif wara l-akkwist eċċezzjonali li għamlu fl-istaġun li għadda, iġifieri Kim, issa se jħarsu lejn il-profili ta’ żewġ plejers oħra li mistennija jieħdu post dan tal-aħħar.
Id-direttur sportiv Cristiano Giuntoli qed iħares lejn il-profil ta’ Hiroki Ito, 24 sena ta’ Stuttgart u Ko Itakura, 26 sena ta’ Borussia Monchengladbach,
iż-żewġ plejers huma ideali għal dak li qed ifittxu Napoli li mistennija jsibu kowċ ieħor minflok Luciano Spalletti li se jieqaf fl-aħħar ta’ dan l-istaġun.