Hekk kif il-logħba bejn Napoli u Salernitana tressqet għal għada fit-tlieta ta’ wara nofsinhar, id-diriġenza ta’ Napoli tinsab f’kuntatt mas-sindku tal-belt kif ukoll mal-forzi tal-pulizija sabiex jorganizzaw dik li mistennija tkun il-festa tar-rebħ tal-kampjonat tal-Partenopei wara 33 sena.
Il-president tal-klabb Aurelio de Laurentis qal li bħala bniedem iħobb jipprevjeni u jorganizza kollox u filwaqt li faħħar lill-partitarji akkaniti tal-klabb, iddeskrivihom li xi kultant huma xi ftit spontanji żżejjed u għalhekk irid jara li jkun hemm sigurta’ akbar madwar it-toroq ta’ Napli partikolarment fiż-żona msejħa Fuorigrotta fejn hemmhekk mistennija jinġemgħu numru kbir ta’ nies.