Napoli keċċew lill-coach Walter Mazzarri wara biss tliet xhur fit-tmexxija u wara ħatru lill-coach tas-Slovakkja, Francesco Calzona. Mazzarri kien inħatar minflok Rudy Garcia f’Novembru meta l-Partenopei kienu qed jokkupaw id-disa’ post fil-klassifika.
Calzona ffirma kuntratt sa tmiem l-istaġun u se jibqa’ fit-tmexxija tas-Slovakkja.
Is-sid tal-Partenopei, Aurelio de Laurentiis, irringrazzja lil Mazzarri talli “kien għen lit-team f’perjodu diffiċli”.
Illum Napoli jilqgħu lil Barcelona f’partita tal-ewwel leg tal-Aħħar 16 taċ-Champions League.
Calzona nħatar coach tas-Slovakkja f’Awwissu, 2022, u għenhom jikkwalifikaw għall-Euro 2024 ta’ dan is-sajf fil-Ġermanja.
Il-coach ta’ 55 sena qabel kellu perjodi ta’ assistent ta’ Napoli taħt Maurizio Sarri u Luciano Spalletti.