L-aħħar club li qed juri interess fis-servizzi tal-attakkant internazzjonali Portugiż ta’ Manchester United, Cristiano Ronaldo, huwa dak ta’ Napoli.
Fis-sigħat li ġejjin se jinfetħu negozjati fit-tentattiv li dan il-player ta’ 38 sena jmur jilgħab fi Diego Maradona Stadium.
Meta fadal sitt ijiem għall-għeluq tas-suq tat-trasferimenti, Ronaldo se jagħmel dak kollu possibbli biex jitlaq minn Old Trafford minħabba li jrid jilgħab fil-kompetizzjoni tal-UEFA Champions League.
Napoli jinsabu fil-grupp ta’ Ajax, Liverpool u Rangers.