Saturday, September 7, 2024

Napoli u Juventus isegwu lil Felipe Anderson

Aqra wkoll

Napoli u Juventus qed isegwu l-progress tal-plejer ta’ nofs il-grawnd ta’ Lazio Felipe Anderson. Dan tal-aħħar għadu ma ffirmax kuntratt ta’ estensjoni mat-tim mill-belt kapitali Taljana. Huwa għalhekk li i Partenopei u i Bianconeri se jmorru għalih sabiex isaħħu nofs il-grawnd.

L-iktar tim li jidher favorit li jieħu lill-plejer Brażiljan hu Napoli li se jitilfu lil Piotr Zielinski u Matteo Politano li se jiskadilhom il-kuntratt u mhux beħsiebhom iġeddu.

Anderson ilu ma’ Lazio sa mis-sena 2021 fejn lagħab 84 partita u skorja 16-il gowl.

Ekonomija

Sport