Minn Cristian Muscat
Kif bdiet l-imħabba tiegħek lejn il-futbol?
Memorja sabiħa li għandi hija ta’ meta kont nilgħab ma’ ħija fil-kuritur tad-dar tagħna fejn konna nużaw il-bibien bħala l-lasti. Minkejja li kissirna xi affarijiet fid-dar, il-kontroll tiegħi fuq il-ballun tjieb maż-żmien, u l-imħabba tiegħi għal dan l-isport kompliet tikber.
Ħa mmur mal-ewwel għall-punt. Kif qed tħares lejn l-esperjenza ġdida tiegħek ma’ Santa Lucia FC?
Napprezza li dan il-klabb esprima fiduċja fija u riduni nifforma parti mill-iskwadra tagħhom għal dan l-istaġun u nittama li flimkien niksbu suċċess. Ġejt konvint mill-għanijiet u l-ambizzjonijiet tal-klabb u mill-fatt li t-tim huwa wiehed li jagħti qalbu kollha fil-grawnd.
X’tikkummenta fuq l-esperjenza passata tiegħek ma’ Melita FC?
Qattajt ħafna snin twal u sbieħ ma’ Melita FC u nixtieq nirringrazzjahom talli għamluni l-plejer li jien illum.
Kif tqis il-livell tal-futbol Malti fil-preżent?
Qed isir iktar sforz fin-nurseries biex plejers isibu bażi iktar soda minn etá żgħira. Il-plejer Malti llum irid jikkompeti mal-barranin, u minħabba dan, naħseb jien, qed jogħla l-livel tal-isport ġewwa pajjiżna.
U dak tar-riżorsi (grawnds) fejn titħarrġu u tilagħbu l-logħob kompetittiv tagħkom?
Kull plejer tal-futbol jippreferi jitħarreġ kuljum fuq ħaxix naturali – haga li ahna limitati hafna ghaliha. Dal-ahhar tpogga turf artifiċjali ġdid fil-grawnds fejn nilagħbu l-logħob kompetittiv. Dan huwa tajjeb, pero huwa iktar importanti li l-grawnds jigu mxarrbin ta spiss, specjalment fil-jiem sħan, biex jitnaqqas iċ-ċans ta’ injury lil-plejers.
Għaddi messaġġ finali lil min jixtieq jagħmel karriera ta’ suċċess fil-futbol.
Emmen fik innifsek u ilgħab bi tbissima fuq wiċċek! Kompli hekk u xi darba ssib ruħek fejn tixtieq tkun fil-futbol!