Saturday, November 23, 2024

Naqsu b’9.5% il-gradwati fis-sena akkademika 2017-2018… it-tfajliet jaqbżu lill-ġuvintur fil-livelli kollha tal-edukazzjoni terzjarja

Aqra wkoll

Statistika mill-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika turi li fis-sena akkademika 2017-2018 iggradwaw 4.146 student u dan ifisser li kien hemm tnaqqis ta’ 9.5% meta mqabbel mas-sena akkademika ta’ qabel. 

Il-parti l-kbira minn dawk li ggradwaw kisbu l-ewwel Degree tagħhom, filwaqt li 32% oħra kisbu Masters. Il-maġġoranza kienu tfajliet, li qabżu lill-irġiel fil-livelli kollha tal-edukazzjoni terzjarja.

L-akbar ammont ta’ gradwati kellhom bejn 20 u 24 sena, segwiti minn dawk li kellhom bejn 25 u 29 sena. 

L-aktar qasam ta’ studju li kien popolari fost il-gradwati kien dak tan-negozju, l-amministrazzjoni u l-liġi, segwiti mill-kontabbiltà u s-saħħa u l-benesseri. 

Sport