Monday, June 2, 2025

Nar f’ċentru ta’ rijabilitazzjoni mid-droga joqtol 12-il persuna

Aqra wkoll

L-awtoritajiet Messikani ħabbru li nar li qabad il-Ħadd li għadda f’ċentru ta’ rijabilitzzjoni fl-istat mifni mill-vjolenza ta’ Guanajuato, qatel 12-il persuna u ħalla feruti mill-inqas tlieta oħra.
In-nirien seħħu fil-belt ta’ San Jose Iturbe u l-gvern muniċipali qal li għadhom qegħdin jinvestigaw x’wassal għan-nirien fatali.

Għadd ta’ mezzi tax-xandir irrapportaw li l-vittmi kienu maqfula fiċ-ċentru ta’ rijabilitazzjoni. Tajjeb li jingħad li ħafna miċ-ċentri ta’ rijabilitazzjonijiet mid-droga privati fil-Messiku huma mimlija klandestini, mhux regolati u mingħajr fondi biżżejjed.

Fl-imgħoddi dawn it-tip ta’ ċentru kienu mira ta’ attakki simili.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport