Saturday, December 21, 2024

Nat Phillips lest iħalli lil Liverpool f’Jannar

Aqra wkoll

Nat Phillips irrikonoxxa li lest iħalli lil Liverpool f’Jannar wara li bilkemm deher matul l-ewwel nofs tal-istaġun.

Id-difensur ċentrali kien protagonista hekk kif il-ġganti ta’ Merseyside għelbu lil AC Milan f’San Siro aktar kmieni dan ix-xahar f’logħba fejn sofra wkoll injury.

Madankollu, l-injury hija mistennija biss iżżommu barra sal-aħħar ta’ Jannar, u jiżgura li l-clubs jibqgħu interessati fil-firma tiegħu.

Iż-żagħżugħ ta’ 24 sena żvela li Jurgen Klopp qabel li huwa jeħtieġ aktar minuti mix-xahar id-dieħel ’il quddiem.

Phillips qal: “Irrid nilgħab il-logħob. Kienet iebsa għax il-kompetizzjoni biex tidħol f’dan it-team hija ħarxa. Il-manager Jurgen Klopp iqis u naqbel miegħu li l-aħjar ħaġa għalija hija li nilgħab kemm jista’ jkun logħob. Naħseb li l-aħħar sena żviluppajt tajjeb għalija.”

“Se nara x’jiġri u nimxi minn hemm. Naħseb li f’dan il-mument mhux probabbli li se nkun qed nilgħab ħafna logħob għal Liverpool, allura jekk tinħoloq opportunità fejn ikolli ċ-ċans nagħmel dan, neħodha minnufih.”

West Ham United huma fost numru ta’ timijiet tal-Premier League li ilhom isegwu s-sitwazzjoni ta’ dan il-player.

Ekonomija

Sport