Southampton ikkonfermaw li ħatru lil Nathan Jones bħala l-manager il-ġdid.
Il-coach ta’ 49 sena, li ħa post Ralph Hasenhuttl, iffirma kuntratt ta’ tliet snin u nofs f’St Mary’s.
Huwa se jingħaqad mingħand Luton Town fejn se jaħdem flimkien ma’ Chris Cohen u Alan Sheehan.
Jones se jkollu debutt qawwi hekk kif nhar is-Sibt li ġej se jmorru jilagħbu f’Anfield kontra Liverpool.
Huwa qal: “Ninsab tassew kburi li ngħatajt din l-opportunità.
“Naf ħafna dwar il-club minn lura fi żmien meta kien jissemma’ The Dell. Huwa club tal-football mill-isbaħ.