L-UEFA ħabbret li fil-ħarifa tas-sena d-dieħla se tkun qed tibda n-Nations League anke fil-futbol tan-nisa. Fil-fatt l-għan ta’ din l-għaqda tal-futbol Ewropea hi li għall-kampjonat Ewropew tas-sena 2025, ikun hemm ukoll pajjiżi li jikkwalifikaw permezz ta’ din il-kompetizzjoni.
Kelliem għal UEFA qal li dan il-format se jgħin sabiex aktar pajjiżi jkollhom iċ-ċans jipparteċipaw fl-ogħla kompetizzjoni femminili fl-Ewropa.
Hekk kif madwar erba’ snin ilu n-Nations League daħal fl-irġiel, il-president tal-UEFA Alexander Ceferin irid li dan il-mudell jidħol anke fis-settur tal-futbol femminili.